|
Villa Maria Society hija organizzazzjoni bbażata fuq il-valuri mhux għall-profitt li tipprovdi servizzi ta’ kwalità u opportunitajiet li jtejbu l-ħajja għall-anzjani u t-tfal u l-adulti b’diżabilità. Il-viżjoni tagħna hija “noħolqu għażliet u nibnu kommunitajiet inklussivi, sostenibbli u b’kompassjoni.” Servizzi ta’ Diżabilità – It-tim tas-Servizzi ta’ Diżabilità ta’ Villa Maria huwa appassjonat biex jissapportja nies b’diżabilità biex jiksbu l-għanijiet u l-ħolm personali tagħhom. L-istaff jgħinu, jissapportjaw u jinkoraġġixxu nies biex jieħdu sehem kompletament u ndaqs fil-komunità, billi joħolqu direzzjonijiet u opportunitajiet diversi tal-għażliet tagħhom. Il-varjetà ta’ servizzi tagħna tinkludi Akkomodazzjoni b’Sapport m’Oħrajn, respite (serħan) ibbażat f’faċilità u flessibbli, għażliet għall-adulti għal matul il-ġurnata, sapport individwali, immaniġġar ta’ każi individwali u sapport għal dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani. Jekk tkun trid aktar informazzjoni jekk jogħġbok ċempel (03) 9855 7616 jew (03) 9855 7618
Servizzi ta’ Edukazzjoni – Villa Maria tissapportja tfal b’diżabiltajiet u dewmien fl-iżvilupp. Villa Maria taħdem mal-familji biex tiżgura li kull tifel u tifla jkollha access għal edukazzjoni komprensiva, programmi ta’ żvilupp u terapija biex jgħinuhom jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ intellettwali, fiżiku, emozzjonali u spiritwali tagħhom. Is-Servizz tagħna ta’ Intervent Kmieni fit-Tfulija jissapportja tfal minn 0 sa 6 snin; St Paul’s College joffri programm li jilħaq tfal tal-età tal-prep u tfal tal-età tal-iskola minn 5 sa 18-il sena fejn jirċievu sapport individwali intensiv biex jippreparahom għall-ħajja adulta. Biex tkun taf aktar dwar l-Early Childhood Intervention Service jekk jogħġbok ċempel (03) 9855 7850; biex tistaqsi dwar St Paul’s College jekk jogħġbok ċempel (03) 9855 7700
Servizzi Komunitarji – Il-varjetà estensiva ta’ servizzi komunitarji ta’ Villa Maria tgħin lill-anzjani u lil dawk li jieħdu ħsiebhom biex jibqgħu attivi u f’kuntatt fil-komunità tagħhom. Servizzi joperaw f’Melbourne Metropolitana, Victoria Reġjonali u r-Reġjun tar-Riverina tan-Nofs in-Nhar ta’ New South Wales. Programmi speċifiċi għall-anzjani jinkludu pakketti ta’ kura għall-anzjani b’fondi tal-Commonwealth, inkluzi pakketti tad-Dimenzja, CACP, EACH u EACH, programmi ta’ sapport għall-kerers, inklużi kerers żgħażagħ, kerers għal dawk b’mard mentali, u kerers ta’ dawk b’diżabbiltajiet severi/profondi; programmi ta’ respite għal matul il-ġurnata u matul il-lejl, servizzi ta’ rijabilitazzjoni u sapport għal akkomodazzjoni. Għal informazzjoni jekk jogħġbok ċempel 1300 650 615
Kura għall-Anzjani Residenzjali – Villa Maria għandha erba’ faċilitajiet residenzjali ta’ kura għall-anzjani li qegħdin f’Prahran, Berwick, Bundoora u Wantirna* Il-faċilitajiet residenzjali ta’ kura għall-anzjani tagħna għandhom akkreditazzjoni sħiħa u jipprovdu lir-residenti bl-ogħla standards ta’ kura possibbli. L-għanijiet ewlenin tal-kura tal-anzjani residenzjali f’Villa Maria huma li jissapportjaw il-bżonnijiet soċjali u kulturali diversi tar-residenti, jiffaċilitaw relazzjonijiet pożittivi u l-ħolqien ta’ opportunitajiet lir-residenti biex jieħdu gost b’attivitajiet komunitarji u ħbiberija. Għal informazzjoni jekk jogħġbok ċempel 1300 845 525
*Jekk jogħġbok innota li l-kura tal-anzjani residenzjali f’Wantirna bħalissa hija magħluqa biex tkun irranġata.
Ħajja indipendenti għall-anzjani.Villa Maria għandha żewġ għażliet ta’ ħajja indipendenti għall-anzjani.
Athelstan Camberwell huwa villaġġ għall-irtirar li bħalissa qed jinbena u mistenni jkun lest f’nofs is-snin 2012. Meta jkun lest, residenti jkunu jistgħu jieħdu gost bi standards ġodda ta’ ħajja indipendenti f’appartamenti lussużi f’post komdu u konvenjenti viċin l-istrixxa ta’ ħwienet f’Bourke Road, Rivoli Cinemas, restoranti, parks, u faċilitajiet għal ħin ħieles u sportivi b’aċċess eċċellenti għat-trasport pubbliku. Għal informazzjoni ċempel (03) 9882 5800
Units għal ħajja indipendenti mibnija u immaniġġati mill-Office of Housing qegħdin f’Wantirna u f’Bundoora. Residenti jridu jkunu assessjati mill-Office of Housing bħala li jkunu eliġibbli għal residenza pubblika. Villa Maria żżomm id-drittijiet ta’ sponsorjar li ddaħħal residenti fil-units ta’ ħajja indipendenti. Għal informazzjoni ċempel (03) 9855 7600
Opportunitajiet għall-Voluntiera.Villa Maria kienet stabbilita mill-voluntiera fl-1907 u illum għad għandha rwol kruċjali biex tilħaq il-viżjoni tagħha ta’ ħolqien ta’ għażliet u tibni komunitajiet inklussivi, sostenibbli u b’kompassjoni. Villa Maria għandha s-sapport ta’ aktar minn 300 ħaddiema voluntiera.
Ix-xogħol volontarju f’Villa Maria huwa ċans biex tieħu sehem fil-komunità lokali tiegħek, taqsam il-kapaċitajiet tiegħek ma’ oħrajn, tikkonnettja ma’ nies tal-istess fehma u tagħmel differenza vera fil-ħajja tan-nies. Tista’ tiżviluppa wkoll kapaċitajiet ġodda, tikseb esperjenza prezzjuża tax-xogħol, tibni l-kunfidenza tiegħek, u tieħu gost!
Għal informazzjoni ċempel (03) 9855 7755
Opportunitajiet ta’ sapport. Il-kapaċita ta’ Villa Maria li tissostjeni u tkabbar is-servizzi tagħha hija possibbli biss permezz tal-impenn kontinwu u s-sapport tal-komunità. Villa Maria tilqa’ donazzjonijiet ikunu kemm ikunu kbar jew żgħar. Tista’ tagħmel donazzjoni ta’ darba, issir donatur regulari, tissapportja l-appell preżenti tagħna, tħalli dispożizzjoni f’testment dwar propjetà personali jew tista’ issir sapporter korporattiv. Biex tkun taf kif tista’ tgħinna biex nagħmlu differenza ċempel (03) 9855 7641
Jekk tkun teħtieġ għajnuna b’interpreti, jekk jogħġbok ċempel it-Translating and Interpreting Service (TIS) fuq in-numru nazzjonali tagħhom ta’ 24 siegħa Telefon: 13 14 50 bi prezz ta’ telefonata lokali, u itlob biex tkun imqabbad/imqabbda ma’ wieħed min-numri ta’ hawn fuq u huma jikkuntattjawna għalik.
Email – villamaria@villamaria.com.au
Website – www.villamaria.com.au
|
VILLA TWEET
Follow the latest Villa Maria tweets.
By A Web Design Company STAY SOCIAL
Join the Villa conversation.
|






